Bakayoko mistenni jingħaqad ma’ AC Milan b’self

Il-midfielder ta’ Chelsea mistenni jitlaq lil Chelsea sabiex jingħaqad ma’ AC Milan b’self għall-istaġun li jmiss. L-eks plejer ta’ Monaco kien ferm inkonsistenti wara li Chelsea investew £40m sabiex jiffirma magħhom sena ilu.

Bakayoko tħalla barra mit-tim ta’ Chelsea li beda l-istaġun tiegħu bil-logħba kontra Huddersfield u mhuwiex parti mill-pjanijiet ta’ Maurizio Sarri għall-ġejjieni. Il-midfielder Franċiż ser ikun qed ifittex li jerġa’ jiskopri l-aqwa forma tiegħu ma’ AC Milan li qed jittamaw li jiksbu riżultati importanti wara l-akkwist ta’ Gonzalo Higuain.