Bajtar fil-forn

Ingredjenti

5 bajtar friski

1 mgħarfa zokkor ismar

nofs kuċċarina kannella

ftit weraq tal-klin (rosemary)

2 mgħaref għasel

Metodu

Saħħan il-forn minn qabel għal 180˚Ċ (350˚F)

Isslajsja l-bajtar kif tixtiequ u poġġi fuq tilar tal-forn.

Ferrex iz-zokkor u l-kannella fuq is-slajsis tal-bajtar.

Poġġi l-klin fil-wiċċ tagħhom.

Daħħal fil-form għal 40 minuta u oħroġ mill-forn.

Ħallihom jiksħu għal 10-15-il minuta u servi bl-għasel.