Bajjiet ġodda issa biss sagħtejn ‘il bogħod

Dawk il-Maltin li jixtiequ jżuru r-Riviera Franċiża issa jistgħu jagħmlu dan f’sagħtejn.
Fi stqarrija, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li l-ewwel titjira ta’ Volotea minn Nice għal Malta saret il-Ħamis li għadda.
Nice tattira madwar erba’ miljun turisti fis-sena lejn il-bajjiet u l-Belt antika tagħha.
It-titjiriet minn Malta lejn Nice isiru kull nhar ta’ Ħamis.