Bajja oħra bla deckchairs u umbrelel

Il-bajja Ta’ Fra Ben qamet b’veduta differenti. Dan hekk kif id-deckchairs u l-umbrelel baqgħu merfugħin fil-gabbani u fil-vetturi u ma nxterdux mal-bajja.
Dan wara azzjoni konġunta bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Awtorità tal-Artijiet.
Għall-ħabta tas-7am tneħħew madwar 100 deckchair u 33 umbrella.
L-operatur kien imwissi kemm-il darba minħabba li kien qed jarma l-affarijiet kontra r-regoli.
Azzjonijiet simili ttieħdu bil-bajja tal-Armier, minn Ħondoq u Blue Lagoon.