Bajda waħda biss ma ssalvax mill-bejta tal-Ġnejna

Total ta’ 111-il fekruna faqqsu mill-112 wara li fekruna bejtet fil-Ġnejna f’Ġunju li għadda. Dan ħabbritu Nature Trust wara li dalgħodu kienu preżenti għall-iskavar tal-bejta mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.

Il-bejta kienet taħt bejn 44 u 72 ċentimetru ta’ ramel. Il-fekruna kienet bejtet nhar il-25 ta’ Ġunju, u l-bajd faqqsu fit-22 ta’ Awwissu.