Baħrin jippreżentaw rikors biex jitħallsu

22 baħri li kienu abbord il-bastiment MV LadyBug ppreżentaw rikors fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra l-aġent tagħhom wara li ilhom ma jitħallsu u tħallew għal bosta xhur f’nofs ta’ baħar abbord il-bastiment MV Ladybug.

Il-baħrin kienu ilhom fuq il-bastiment għal diversi xhur fil-baħar Malti.

L-MV Ladybug huwa rreġistrat il-Panama. Apparti l-pagi il-baħrin iridu li jitħallsu l-ispejjeż biex jerġgħu imorru lura pajjiżhom.

Fil-jiem li għaddew, l-Awtoritajiet Maltin kienu taw il-permess lill-baħrin biex jidħlu Malta sabiex ikunu jistgħu jieħdu passi legali kontra l-aġent tal-bastiment.