Baħrin Filippini fi kwistjoni legali fuq bastiment ‘l barra minn Malta

21 baħri mill-Filippini li jinsabu abbord il-bastiment D Ladybug ilhom f’nofs ta’ baħar abbord dan il-bastiment għal dawn l-aħħar xhur.

Il-baħrin qed jitolbu kumpens mill-aġent Tajwaniż u qed jallegaw li telaqhom f’nofs ta’ baħar mingħajr fjuwil u nuqqas ta’ ilma.

Dan il-każ qed ikunu irrappurtat fil-midja internazzjonali.

Fil-jiem li għaddew uffiċjali mill-Ambaxxata Filippina f’Ruma, li tintuża wkoll bħala Ambaxxata għal Malta, marru abbord dan il-bastiment irreġistrat il-Panama fejn taw l-ewwel għajnuna lill-baħrin u tawhom l-ikel, l-ilma u mediċini.

Il-baħrin iridu li jintbagħtu lura l-Filipini iżda jridu wkoll li jitħallsu l-pagi mill-aġent, li skont ir-rapporti internazzjonali jinsab fi problemi finanzjarji.

Il-bastiment D Ladybug jinsab daqs 28 kilometru ‘l barra mill-kosta Maltija.

Jirriżulta li l-Awtoritajiet Maltin taw l-awtoriżazzjoni lill-Kaptan biex jidħol, għalkemm il-bastiment qatt ma kien se jidħol f’Malta.

Il-każ mhux wieħed umanitarju iżda legali u l-baħrin mistennija li jieħdu passi legali kontra l-aġent tagħhom.

Id-destinazzjoni tal-bastiment, li qiegħed iġorr xi merkanzija mhix magħrufa.