Baħri Ingliża tinġieb Malta għall-kura

Baħri Ingliża li kienet fl-ibħra territorjali inġibet Malta, mill-bastiment tar-Royal Navy, sabiex tingħata l-kura wara li sofriet xi uġiegħ.

L-evakwazzjoni saret il-Ħadd filgħodu b’helikopter tal-forzi Taljani madwar tletin mil nawtiku fin-nofsinhar ta’ Malta.

Il-pazjenta ittieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura medika.