Baħar ta’ kampjuni tad-demm

F’Għawdex ilbieraħ ġew reġistrati 75 kampjun ta’ demm li nġabru f’5 sigħat mid-Dipartiment tal-Outpatients, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex.
Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ddeskriva din l-attività f’Għawdex bħala “abbundanza ta' ġenerożità” filwaqt li rringrazzja lin-nies talli urew dan l-appoġġ.
Fl-istess ħin, f’Malta inġabru 135 borża demm minn attività fiż-Żurrieq u anke miċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa.
L-għoti tad-demm jista’ jsir kuljum fiċ-ċentru ta’ Gwardamanġa mit-8 am sas-6 pm u l-Għawdxin jistgħu jagħtu d-demm nhar il-Ħadd li ġej f’Dar San Pietru Pawl fejn il-Każin tal-Band Mnarja mit-8.30am sas-1pm.