Baħar ta’ bram f’Marsalforn

Read in English.

Hekk kif ħafna ħasbu biex jinżlu jgħumu fil-jum li iktar sħun s’issa għal din is-sena, oħrajn baqgħu lura hekk kif f’diversi bajjiet daħal il-bram speċjalment f’Għawdex.

AQRA: Mistenni jkun l-iktar jum sħun s’issa

Il-Professur u l-bijoloġista tal-baħar Alan Deidun spjega li dan it-tip ta’ bram, li l-isem xjentifiku tiegħu huwa Pelagia noctiluca ġeneralment jitla’ f’wiċċ il-baħar madwar Diċembru u Jannar biex jirripproduċi. F’kitba fuq Facebook, Deidun sostna li f’Marzu kien hemm qatgħa kbira ta’ bram u jidher li dan mhux se jkun qed jonqos.

This year's mauve stinger (Pelagia noctiluca) jellyfish bloom (which kicked off end of last March) shows no signs of…

Posted by Alan Deidun on Sunday, June 9, 2019

Deidun sostna li wieħed għandu jevita l-għawm f’ċirkustanzi bħal dawn u f’każ li tniggżu brama dawn għandhom jużaw taħlita ta’ soda tal-ħami u ilma baħar.

Iltqajt mal-bram illum? Ibagħtilna r-ritratti fuq info@newsbook.com.mt