Baglioni lura fuq il-palk ta’ Sanremo

Wara bosta xhur ta’ ‘flirting’, Claudio Baglioni ddeċieda li jaċċetta jkun id-direttur artistiku tad-69 edizzjoni tal-Festival ta’ Sanremo. Din ser tkun it-tieni darba ta’ Baglioni li ser jilbes iż-żarbun ta’ direttur artistiku tal-aktar festival prestiġġjuż tal-kunzunetta Taljana.

Mario Orfei, li jmexxi r-Rai, ħabbar li huwa unur kif ukoll hemm sens ta’ kburija li rnexxielhom jikkonvinċu mużiċist u kompożitur kbir bħal Baglioni sabiex jerġa’ jmexxi dan il-festival u programm.

Orfeo qal li minn Frar sal-lum ir-Rai ma waqafx jiġri wara Claudio Baglioni biex jerġa’ jaċċetta dan l-irwol. Jidher li l-gosti u l-istil ta’ Baglioni niżlu għasel mal-kritiċi u t-telespettaturi Taljani hekk kif l-aħħar edizzjoni ta’ Sanremo, li saret erba’ xhur ilu, kisret bosta rekords ta’ spettaturi u anke kisbet kummenti ta’ tifħir mill-kritiċi.

Ritratt:Facebook