​Baġit għan-nies: “Qed ibatu bil-mod kif qed jiżdiedu l-kirjiet”- GWU

Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bonnici qal ma’ Newsbook.com.mt li hawn ħafna nies qed ibatu minħabba l-mod kif qed jiżdiedu l-kirjiet.  

Dwar il-kwistjoni tal-akkomodazzjoni soċjali, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU, Josef Bonnici esprima t-tama ma’ Newsbook.com.mt li, b’ħidma bejn is-sħab soċjali, il-Gvern u l-Oppożizzjoni, jinstabu soluzzjonijiet biex “ħadd ma jweġġa’ u ħadd ma jbati”. 
Proposta oħra għall-Baġit, li l-GWU qed tirsisti għaliha hi li l-festi pubbliċi li jinzertaw is-Sibt jew il-Ħadd, jiżdiedu mal-leave.
Il-GWU qed tipproponi wkoll li kull min jaħdem il-Ħadd jitħallas bid-doppja u fil-festi pubbliċi bit-trippla.