Baġit Taljan: taxxi orħos, bidla fil-pensjonijiet

Id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini qal li l-baġit tas-sena d-dieħla se jinkludi l-ewwel miżuri biex jintroduċi tnaqqis fit-taxxa u bidla drastika fis-sistema tal-pensjoni, proviżjonijiet li jaf jiksru r-regoli fiskali tal-Unjoni Ewropea.

Salvini qal li l-baġit għall-2019 mhux se jinkludi l-miżuri ppjanati kollha, imma se jkun l-ewwel pass lejn taxxa fissa u bidla fil-pensjonijiet.