Baġit li jneżża’ lill-Kunsilli Lokali mir-responsabbilitajiet – PN

Il-Baġit tal-2019 kompla bl-istrateġija tal-Gvern li jneżża’ lill-Kunsilli Lokali mir-responsabbilitajiet skont il-Kulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista (KKLPN).

Il-KKLPN qal li l-inizzjattivi fil-Baġit jitkellmu biss li tnediet white paper, li se jinħoloq fond biex issir iż-żamma ta’ proġetti maġġuri u fond biex jittieħdu inizjattivi dwar ħajja sana.

Il-KKLPN “jemmen li l-Kunsilli Lokali jistgħu jagħmlu ħafna iktar minn hekk.” Qal ukoll li jekk il-Gvern verament jemmen fil-Kunsilli Lokali irid jagħtihom l-għodda u l-finanzi biex jaħdmu. Il-Kulleġġ jaħseb li l-Kunsilli Lokali jistgħu jkunu ħafna iktar effettivi biex jindirizzaw il-qasam soċjali fil-komunità. Semma wkoll it-tħassib dwar problemi ta’ sigurtà u infurzar lokali. Fi kliem il-KKLPN, il-proposti tal-PN f’dan il-qasam ġew injorati.

ARA: Il-miżuri tal-Baġit 2019 f’50 sekonda