Baġit għan-nies: X’qed jitolbu għall-Baġit?

L-Alleanza Kontra l-Faqar qed tistenna li l-Gvern jiċċaqlaq dwar il-problema tal-kirjiet li jogħlew bla rażan.
Talba oħra hi li tiġi stabbilita paga abbażi tal-ispejjeż bażiċi (living wage) biex  persuna tkun kapaċi tgħajjex familja biha.
Il-Moviment Graffiti qed jitlob ukoll li s-suq tal-kera jiġi regolat – inkella min għandu l-proprjetà għandu l-poter kollu u min jikri m’għandu poter ta’ xejn.
Jistenna li l-paga minima tiżdied bi 11% fuq tliet snin għax hi baxxa ħafna.
Il-GWU qed titlob li l-festi pubbliċi li jinzertaw is-Sibt jew il-Ħadd, jiżdiedu mal-leave.
Qed titlob li titranġa s-sitwazzjoni tal-kirjiet li jogħlew ħafna f’daqqa.
Il-UĦM, Voice of the Workers qed tistenna soluzzjoni għat-traffiku. L-unjin qed tipproponi kuntratti tax-xogħol li jkunu aċċessibbli għall-ħaddiema kollha biex id-drittijiet bażiċi tal-ħaddiema jkunu salvagwardjati.