​Baġit għan-nies: “Familji sħaħ mhedda li jispiċċaw fit-triq” – Andre Callus

Newsbook.com.mt tkellem ma’ għaqdiet qrib il-foqra u l-ħaddiema dwar dak li jistennew li l-Gvern iħabbar għall-Baġit tas-sena d-dieħla.
Andre Callus mill-Moviment Graffiti qal ma’ Newsbook.com.mt li jistenna li l-paga minima u s-suq tal-kera jiġu indirizzati fil-Baġit tal-Gvern, li se jitħabbar nhar it-Tnejn li ġej.
Spjega li s-suq tal-kera hu emerġenza bħalissa b’ħafna familji bil-mannara fuq għonqhom li jispiċċaw bla saqaf fuq rashom.
Andre Callus qal li s-suq tal-kera ma jistax jitħalla “s-suq isuq” – inkella jkun ifisser li min għandu l-proprjetà għandu l-poter kollu u min jikri m’għandu poter ta’ xejn. Tenna li dan is-suq għandu jigi regolat, fost l-oħrajn dwar kif isiru l-kuntratti.
Dwar il-paga minima, spjega li l-ħaddiema mhux igawdu minn dak li qed jissejjaħ “ġid ekonomiku”. Qal li l-paga minima hi baxxa ħafna u l-Moviment Graffiti irid li din togħla bis-serjetà, bi 11% fuq tliet snin. 
Filmat: Ian Noel Pace