Baġit 2020: Meta se jitħabbar?

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-baġit għas-sena 2020 se jiġi mħabbar fl-14 ta’ Ottubru. Il-baġit jiddikjara b’mod dettaljat kif il-Gvern ikun se jqassam in-nefqa tiegħu f’sena partikolari.

Aqra: Is-sħab soċjali jressqu l-proposti għall-Baġit

Ilbieraħ issoktaw it-tħejjijiet għall-baġit li jmiss, bis-sħab soċjali u l-membri tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) ressqu l-proposti tagħhom għas-sena li ġejja. Waqt din il-laqgħa, l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħejja preżentazzjoni dwar il-qagħda ekonomika. Fil-preżentazzjoni tiegħu, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna spjega li r-rata ta’ Malta b’rabta mal-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol qabżet ir-rata medja tal-Unjoni Ewropea fl-2018.

Aqra: Filmat: Żieda fil-pensjoni fil-baġit li jmiss – Muscat

Fost spunti msemmija li se jkun qed jinkorpora l-baġit tal-2020, il-Prim Ministru Joseph Muscat lura f’Mejju kien ħabbar li l-pensjoni se tkun qed tiżdied fil-baġit li jmiss.