Baġit 2019: Kif se jintlaqat l-ambjent?

Kull sena l-ambjent isib postu fid-dokument tal-Baġit. Hemm min jgħid li mill-kliem għall-fatti hemm baħar jikkumbatti. X’qed jiġi propost għall-Baġit 2019 dwar l-ambjent?

Partit Nazzjonalista

  1. Inċentivi għall-bdiewa
  2. Investiment u promozzjoni ta’ riċiklar u riġenerazzjoni tal-iskart

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ)

  1. Dwal fit-toroq bil-pannelli solari

Żminijietna-Leħen ix-Xellug

  1. Tiġi implimentata immedjatament is-sistema ta’ reverse vending machine
  2. Kumpaniji li jtellgħu l-ilma mill-pjan għandhom ikunu obbligati li jħallsu aktar għal dan ir-riżors.

Bicycle Advocacy Group (BAG)

  1. Skema Aqdef sax-xogħol – aktar roti fit-toroq, inqas tniġġis
  2. Żieda ta’ iktar roti fil-flotta tal-Gvern
  3. Aktar benefiċċji mal-istipendju għall-istudenti li jmorru l-università bir-rota

Il-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tal-Knisja f’Malta

  1. Jitħawwlu aktar siġar u pjanti f’żoni urbani
  2. Protezzjoni tal-wirt ambjentali

Flimkien għal Ambjent Aħjar (FAA)

1. Jiġu introdotti inċentivi fiskali għal individwi u entitajiet li għandhom bżonn jagħmlu jew jirranġaw bjut ħodor u/jew jinstallaw apparat innovattiv li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.
2. Il-Gvern jissussidja parti mill-pagi ta’ għadd ta’ impjegati li jaħdmu ma’ organizzazzjonijiet volontarji. B’hekk jittaffa l-piż tal-pagi fuq l-għaqdiet u l-fondi li jiġbru jkunu jistgħu jintużaw għall-iskopijiet reali tal-organizzazzjonijiet.
3. It-tneħħija jew it-tnaqqis fuq il-VAT għal servizzi li jsiru jew jitħallsu minn NGOs b’mod partikolari jekk ix-xogħol li jkun qed isir ikun b’risq il-wirt kulturali tal-pajjiż.

 

4. L-NGOs għandhom jitqiesu fuq l-istess livell ta’ entitajiet bħall-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi.

5. Għajnuna prattika għall-NGOs li japplikaw biex jirrestawraw, jamministraw u jimmaniġġjaw siti storiċi u ekoloġiċi.

6. Għajnuna finanzjarja diretta lis-sidien tal-proprjetajiet skedati.

7. Soluzzjonijiet sostenibbli ta’ trasport bħall-użu tar-roti.

Għandek għal qalbek l-ambjent? X’tixtieq tara fil-Baġit għall-2019? Ibgħatilna fuq info@newsbook.com.mt