Bagħdan Aħmar jinsab mejjet fuq art tal-FKNK

Għasfur tal-ispeċi Bagħdan Aħmar instab maqtul nhar il-Ħadd li għadda qalb is-siġar tal-Miżieb minn persuna li kienet għaddejja fl-akwati.

Uffiċjali tal-ALE innuttaw li l-għasfur protett intlaqat minn diversi tiri u kien mixħut fuq art li taqa’ taħt il-Federazzjoni Kaċċaturi, Nassaba u Konservazzjonisti.

BirdLife Malta qalet li dan l-għasfur mejjet juri kemm fil-verità qed issir kaċċa illegali.

BirdLife sostniet li jkun interessanti jekk jiġu mqabbla r-rapporti li saru fl-aħħar għaxart ijiem mit-12,000 membru tal-FKNK u mis-sitt membri tal-BirdLife.