Bagalja waħda flok tnejn fuq l-ajruplani Ryanair

Mix-xahar li ġej, passiġġieri fuq il-linja tal-ajru Ryanair mhux se jitħallew aktar iżommu l-bagalja bir-roti fejnhom fuq l-ajruplan iżda se jiġu mitluba jibagħtu din l-bagalja b’xejn mal-bagalji l-oħra fil-kompartiment tal-merkanzija.
Din ir-regola tapplika għal dawk li ma jkollhomx Priority Boarding u se tidħol fis-seħħ mill-15 ta’ Jannar li ġej.
Il-linja tal-ajru spjegat li d-deċiżjoni tfisser li l-passiġġġieri jistgħu jtellgħu bagalja waħda żgira u ttieħdet sabiex tħaffef l-imbark tal-passiġġieri u ma jkunx hemm dewmien fit-tijiriet.
Il-kumpanija ħabbret ukoll roħs ta’ 33% fil-bagalji li jintbagħtu qabel. Dan ifisser li flok €35 se jiswew €25.