Read in English.
Xi residenti ġew evakwati minn djarhom f’Birkirkara peress li ntlemħet bagalja suspettuża, li kien hemm suspett li fiha bomba, iżda kien fiha biss ħwejjeġ.
Dan ġara għall-ħabta tas-7pm fi Triq F. Geneste, skont kelliem għall-Pulizija.
Mara li tkellmet ma’ Newsbook.com.mt qal li l-pulizija ħabbtulha fuq il-bieb u infurmawha b’bagalja suspettuża fit-triq tagħha. Huma talbu lilha u lil familtha biex joħorġu minn djarhom. Binjiet oħra fil-viċinanzi ġew evakwati.
Fuq il-post kien hemm ħaddiema mill-Bomb Disposal Unit, u anke mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Meta l-bagalja nfetħet għall-ħabta tat-8pm, kien fiha biss xi ħwejjeġ. It-toroq fil-qrib infetħu ftit tal-minuti wara.
Filmati: Nicole Borg