Badu f’kundizzjoni tajba wara li rriżulta li kellu embolu tad-demm

Il-midfielder ta’ Verona Emmanuel Agyemang-Badu qal li jinsab tajjeb wara li minn dianjosi li saritlu rriżulta li kellu embolu tad-demm fil-pulmun.

Badu se jibqa’ l-isptar tas-Sacro Cuore f’Negrar għal xi jiem oħra biex isirulu aktar testijiet u jieħu t-trattament li għandu bżonn. Jidher li akkost ta’ dan kollu, Badu huwa pożittiv li kollox se jmur għan-normal daqt.

Il-plejer li għandu 29 sena ingħaqad ma’ Verona x-xahar li għadda wara li telaq minn ma’ Udinese. Bħalissa qiegħed ma’ Verona fuq loan, iżda għandhom il-possibiltà li jixtruh. Tul il-preparamenti ta’ qabel l-istaġun, Badu wera l-kapaċità tiegħu.