Baden Powell Scouts Malta b’donazzjonijiet għad-Dar tal-Providenza u Hospice Malta

Ritratt: Baden Powell Scouts Malta

Baden Powell Scouts Malta, BPSM, dejjem jippruvaw jgħinu lil ħaddieħor u kien għalhekk li mill-11 ta’ Diċembru 2020 sat-3 ta’ Jannar 2021, kienu preżenti f’kull ġurnata ta’ Drive Thru Christmas Malta ta’ Danusan.

BPSM, qalu fi stqarrija li bl-għajnuna tan-nies li attendew id-Drive Thru Christmas Malta, BPSM, ġabru s-somma sabiħa ta’ €16,196 u €14,000 minnhom ġew ippreżentati lid-Dar tal-Providenza waqt il-maratona li saret fl-1 ta’ Jannar.

Minħabba l-pandemija, BPSM ma setgħux jagħmlu l-attività ta’ kull sena fejn imorru jimxu u jiġbru l-flus għall-Hospice Malta. Madanakollu, huma xorta rnexxielhom jiġbru s-somma ta’ €1,236 u ppreżentawha lill-Hospice Malta.

Baden Powell Scouts Malta qalu li  jinsabu onorati li ħadmu b’risq id-Dar tal-Providenza u Hospice Malta bl-għajnuna tal-membri tagħhom li jkunu minn ta’ quddiem biex jagħtu l-għajnuna fejn meħtieġ.