Bacca jerġa’ jingħaqad ma’ ‘the Yellow Submarine’

Villareal akkwistaw lill-Kolombjan Carlos Bacca bħala parti mit-trasferiment ta’ Samu Castillejo li sar plejer ta’ AC Milan. Bacca qatta’ l-istaġun li għadda mat-tim ta’ La Liga wara li ngħaqad magħhom b’self u ħalla impressjoni tajba hekk kif skurja 18-il gowl fi 43 logħba.

L-eks plejer ta’ Seville ffirma kuntratt ta’ 4 snin ma’ ‘the Yellow Submarine’ anke jekk AC Milan kienu viċin li jilħqu ftehim ma’ Sporting Lisbon sabiex dan il-plejer jissieħeb mat-tim Portugiż bil-possibilità li jinxtara permanentament.

L-attakkant mar jgħix f’Milan fl-2015 wara li l-plejer internazzjonali Kolombjan skurja 49 gowl f’108 logħba għal Seville.