Baby Planner imniedi mir-“Reġina tal-Bilanċ” Tamara Webb

Tamara Webb għadha kif żvelat il-prodott ġdid fjamant tagħha maħsub għal dawk li dalwaqt se jsiru, jew għadhom kif saru, mamajiet.

Processed with VSCO with s2 preset

Read in English.

Tamara Webb, ix-xempju għall-Maltin f’dak li hu bilanċ u pożittività dwarek innifsek, għadha kif żvelat il-prodott ġdid fjamant tagħha maħsub għal dawk li dalwaqt se jsiru, jew għadhom kif saru, mamajiet: “Baby Planner by The Balance Queen”. Dan qed jitħabbar ftit biss wara l-ewwel proġett tagħha fil-qasam tal-kreazzjoni tal-ġurnali personali.

“Għal ħafna nies, m’hemmx biżżejjed sigħat fil-ġurnata biex wieħed ilaħħaq mal-ħajja, u ħafna drabi nimtlew b’sens ta’ ħtija għax ma jirnexxilniex nagħmlu kollox,” qalet is-Sa Webb, fundatriċi ta’ The Balance Queen. “Iżda jien naħseb li m’għandniex inkunu daqshekk iebsa magħna nfusna. Il-ħajja hi kollha kemm hi #balance: il-bilanċ, dak is-sens ta’ armonija ta’ meta taf li ma tistax tagħmel kollox imma tgħid lilek innifsek li ma jimpurtax!”

Webb ħolqot il-marka The Balance Queen fi żmien meta kienet qed titħabat biex tkabbar il-familja tagħha, u l-istress ta’ dan kollu bdiet tħossu qed jirkibha. Kellha bżonn tedha b’xi ħaġa differenti, u marret lura għal għeruqha fil-qasam tad-disinn tal-prodotti. Hemmhekk irnexxielha ssib ispirazzjoni u skop pożittiv. Skopriet il-#balance.

“Naf x’jiġifieri tgħix mingħajr bilanċ, u tgħallimt li żżomm il-bilanċ huwa vjaġġ ta’ skoperta li jevolvi kulma jmur. Għalhekk il-prodott emblematiku ta’ The Balance Queen kien ġurnal personali – biċċa għodda sempliċi li tispira lin-nies biex jilħqu l-bilanċ permezz ta’ ppjanar maniġġabbli u bi skop.” Dan jinkludi ritwali tal-kura personali, tqassim tal-ħin b’mod prattiku u spunti biex tkun iktar organizzat/a, miri għal kull xahar, xogħlijiet li jridu jsiru ta’ kuljum, listi tax-xiri, workouts fid-dar, riċetti tajbin għas-saħħa, planner tal-ikel, u to-do list fil-format esklussiv maħluq mis-Sa Webb.

Id-disinjatriċi tal-prodotti tnebbħet minn kapitlu ġdid f’ħajjitha biex ikkreat l-aħħar prodott tagħha – Baby Planner by The Balance Queen – maħsub biex dawk li qed jistennew tarbija kif ukoll mamajiet ġodda jkollhom mod kif iħejju ruħhom għall-wasla u l-ewwel sena tat-tarbija tagħhom, u kif l-omm u t-tarbija jżommu ruħhom b’saħħithom u kuntenti. Il-planner hu ispirat mill-esperjenza tas-Sa Webb innifisha meta saret omm, u hu repożitorju tal-memorji li kemm l-omm kif ukoll il-wild jistgħu jgħożżu bħala rikordju mill-isbaħ tal-vjaġġ uniku tagħhom.

Il-Baby Planner ikopri l-erba’ trimestri ta’ meta ssir omm (tlieta waqt it-tqala u r-raba’ fl-ewwel xhur wara t-twelid tat-tarbija), u joffri djarji mqassma f’ġimgħat u f’xhur, trackers tal-vitamini u tar-rutini tat-tarbija, ideat għal ikliet u snacks sustanzjużi, rekord mediku, u countdown prattiku sad-data mistennija għall-ħlas. Barra minn hekk, fih kull lista li jista’ jkollha bżonn mamà ġdida, minn ismijiet tat-trabi, xenqiet ta’ waqt it-tqala, listi ta’ bżonnijiet għall-festini, sal-lista tal-basket tal-isptar, il-kamra tat-tarbija, u playlist għal waqt il-ħlas. Flimkien ma’ arblu tar-razza komplut, hemm saħansitra spazju biex tniżżel u taqsam mal-familja u mal-ħbieb il-mumenti tant importanti tal-“ewwel darbiet” tat-tarbija tiegħek.

Flimkien mal-Baby Planner tagħha, is-Sa Webb nediet ukoll sit ġdid tal-kummerċ elettroniku – www.thebalancequeen.com – li huwa one-stop-shop għall-prodotti kollha tagħha u s-sit li għandek tfittex biex jgħinek tikseb il-bilanċ f’ħajtek. Bħalissa s-sit il-ġdid jinkludi l-baby planner u l-ġurnal personali oriġinali, iżda s-Sa Webb għandha bosta kollezzjonijiet innovattivi fil-proċess li jiġu żviluppati. Fil-fatt, fl-2021 The Balance Queen se tintroduċi sensiela ta’ prodotti tat-trabi, il-kollezzjoni Pixie Rose, imsemmija proprju għal bintha.

“Id-disinjatriċi tal-prodotti li għandi fija se tixpakka bl-entużjażmu biex tikkrea,” tbissmet is-Sa Webb. “Fuq kollox, però, inħeġġeġ lin-nies biex jirrealizzaw li llum huwa l-jum meta għandek tagħmel xi ħaġa għalik innifsek. Sib il-#balance tiegħek, u jekk il-ġurnali personali tiegħi jistgħu jagħtuk spinta biex tibda l-vjaġġ ħalli tikseb il-bilanċ u sens ta’ paċi f’ħajtek, se jkun jaqbillek żgur.”


Biex tixtri The Balance Queen Journal u l-Baby Planner u biex issir taf aktar dwar xi jmiss mingħand The Balance Queen, jekk jogħġbok żur www.thebalancequeen.com.