Baba Ghanoush

Riċetta u ritratt: Tanya Zammit

Ingredjenti

I brinġiela kbira

3 irjus tat-tewm

1 magħrfa Tahini (paste tal-ġulġlien)

1 mgħarfa meraq tal-lumi

1 mgħarfa olive oil

melħ

bżar iswed

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚Ċ (400˚F)

Aqta’ l-brinġiela għat-tul.

Poġġi l-brinġiela u t-tewm mhux imqaxxar fuq tray, roxx ftit żejt taż-żebbuġa fuqhom  u daħħal fil-forn għal 20 minuta.

Oħroġ mill-forn. Poġġi l-brinġiel bil-qoxra ’l fuq u importanti li tagħsru ftit biex toħroġlu ilma kemm tista’ minnu. Neħħi l-qalba tal-brinġiela, armi l-qoxra u qaxxar it-tewm.

Poġġi l-brinġiela u t-tewm mal-kumplament tal-ingredjenti f’food processor u itħan sew.

Servi ma’ pita bread sħun.