B’72,150 dar vojta ma nistgħux nibqgħu nibnu iżjed – AD

Il-proprjeta' vojta hi sinjal ta’ twissija u b’72,150 dar residenzjali vojta ma nistgħux nibqgħu nibnu iżjed art li sa ftit ilu kienet barra miz-zona ta’ żvilupp. Dan qalu Carmel Cacopardo, Deputat Chairperson u kelliemi ta’ Alternattiva Demokratika għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Intern waqt konferenza tal-aħabirijiet.

Carmel Cacopardo kompa li pajjiżna ma jistax jibqa’ jissagrifika iktar art biex fuqha jinbnew iktar residenzi u m’għandniex bżonn nibnu fuq skala kbira għal ħafna snin.

Fil-kuntest tar-reviżjoni tal-pjani lokali Alternattiva Demokratika jidhrilha li għad baqa’ cans zgħir biex nirrimedjaw.

Fi tmiem il-konferenza tal-aħbarijiet, ic-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika, il-Prof  Arnold Cassola, qal li bil-konċessjoni ta' żieda ta' żewġ sulari lil-lukandi, bit-tiġdid awtomatiku sa Marzu tal-2014 tal-permessi ta’ żvilupp li l-MEPA ħarget minn Awwissu 2006 lil hawn, kif ukoll bil-ħrug ta' diversi permessi għal żvilupp insostenibbli, il-MEPA għan-nom tal-gvern qed turi bil-fatti li ma jimpurtahiex mid-drittijiet tar-residenti.

Hu saħaq li jidher li wasal iż-żmien tal-ħlas lura ta’ dak dovut lill-industrija tal-bini talli għenet lill-Partit Laburista qabel l-elezzjoni.