B’ironija l-ewroxettiċi jistgħu jsibu posthom fl-UE – Simon Busuttil

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li b’dieqa u ironija, il-partiti politiċi u kandidati li kienu xettiċi jew opponew l-Unjoni Ewropea issa qed jiġu appoġġjati.
Waqt l-indirizz tiegħu fil-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew li qed jiltaqa’ f’Dublin fl-Irlanda, Busuttil saħaq li kif ninsabu fuq l-għatba tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, huwa nkwetabti kif l-Unjoni Ewropea tista’ tilqa’ fi ħdanha lil dawk li kienu jopponu l-Parlament Ewropew li huwa s-simbolu tal-għaqda Ewropea.
Żied jgħid li “l-Ewropa hija kawża li tajjeb niġġieldu għaliha” għax kienet hi li ġabret flimkien lil 500 miljun persuna li qed jgħixu f’ambjent ta’ paċi, ħelsien, ugwaljanza u prosperità.
Qal li fl-aħħar ħames snin, l-Ewropa kienet iffaċċjata minn mewġ ekonomiku, soċjali u ambjentali, iżda l-pajjiżi flimkien irnexxielhom jegħlbu l-maltemp.
Huwa esprima s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tal-Ukraina, u saħaq li dan il-pajjiż huwa postu fl-Ewropa.