B’għotja tista’ tgħin lill-ħaddiema

F’Jum il-Ħaddiem aħseb fil-ħaddiema u agħti d-demm.
Statistika turi li s-sena l-oħra kien hemm 3,220 inċident fuq il-post tax-xogħol.
Iċ-ċentru tal-għoti tad-demm ta’ Gwardamanġa qed jappella biex min jista’ jmur jagħti d-demm.
Kull min jixtieq jista’ jmur fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li jiftaħ kuljum mit-8am u s-6pm.
Inkella nhar il-Ħadd li ġej wieħed jista’ jmur fil-Kunvent tal-Agostinjani fir-Rabta bejn it-8.30am u s-1pm. Kif ukoll  fid-Dipartiment tal-Outpatients fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn nhar il-Ħadd se jkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8am sas-1pm.
F’Jum il-Ħaddiem wieħed jista’ jagħti l-għotja tiegħu fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp, Birkirkara bejn it-8.30am u s-1pm.