B’fann fuq tal-linja biex jiffriska?

F’dawn il-ġranet b’temperaturi ferm għoljin, is-sħana qed tinħass mhux ftit.
Fost ir-ritratti fil-midja soċjali deher ritratt fejn f’karozza tal-linja partikolari deher fann ħdejn il-passiġġiera. 
Filwaqt li aktar persuni qed jagħżlu li jsiefru jew imorru sal-baħar, it-temperaturi fil-jiem li ġejjin se jlaħħqu l-34 u l-35 grad selsjus.
Dan minħabba pressjoni li tinsab fiċ-ċentru tal-Mediterran.
Għalhekk kulħadd għandu jevita x-xemx u jagħmel użu mill-krema kontra x-xemx.