B’ekonomija ħadra tgawdi s-soċjetà u jiżdiedu l-impjiegi – Leo Brincat

Il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat, f’laqgħa tal-Ministri Ewropej fil-Lussemburgu qal li b’ekonomija ħadra inklussiva tgawdi s-soċjetà ċivili u jiżdiedu aktar l-impjiegi.
Spjega li l-aġenda għall-iżvilupp sostenibbli għal wara s-sena 2015 għandha tkun ibbażata fuq azzjonijiet ikkoordinati bejn għadd ta’ istituzzjonijiet u stakeholders kemm fl-Unjoni Ewropea kif ukoll fuq livell nazzjonali.
Il-Ministru Brincat qal li l-istrateġija effettiva tal-UE dwar il-biodiversità twassal għall-kisba tal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli.