“Azzopardi qed jigdeb” – il-PL jiddefendi lil Abela

Read in English.

B’reazzjoni għal dak li qal ilbieraħ id-deputat tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi waqt l-aġġornament, il-Partit Laburista ddefedna lil Robert Abela u qal li Azzopardi gideb u abbuża mill-privileġġ parlamentari. Waqt li kkwota minn rapport, Azzopardi allega li d-deputat tal-Gvern u l-konsulent tal-Prim Ministru, Robert Abela kellu aċċess għar-recordings telefoniċi.

F’reazzjoni għal dak li qal ilbieraħ id-deputat tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi waqt l-aggornament, il-Partit Laburista qal li Azzopardi gideb u abbuża mill-privileġġ parlamentari. Fi stqarrija, il-PL qal li Abela kien qed jaqbeż għal Malta quddiem l-“attakki’’ li saru fil-konfront ta’ Malta. Il-PL saħaq li l-allegazzjonijiet ta’ Azzopardi diġa’ ġew miċħuda mis-Servizzi Sigrieti ta’ Malta.

L-informazzjoni li għaliha kien qed jirreferi Azzopardi tikkonċerna l-interċetazzjonijiet telefoniċi li ssemmew fir-rapport li ġie ppublikat wara ż-żjara tat-tlett ewroparlamentari f’Malta li saret f’Ġunju. L-MEPs kitbu li Abela qalilhom li l-qtil tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia qatt ma ssemma fl-interċettazzjonijiet.

Fi kliem Azzopardi dan jista’ jfisser biss żewġ affarijiet: li jew Abela kellu aċċess jew kien f’pusses jew ingħata informazzjoni li hi klassifikata u għalhekk sigrieta u li lanqas mhi aċċessibli għall-maġistrat inkwirenti jew inkella huwa kien qed jigdeb. Azzopardi ddeskriva f’kwalunkwe każ għandu jitqies bħala gravi.

L-interċetazzjonijiet telefoniċi għandhom aċċess għalihom biss is-Servizz Sigriet Malti għal-liem huma għandhom bżonn warrant skont il-liġi.

Dan wassal biex Azzopardi saqsa lill-Prim Ministru jekk tax aċċess illegali lill-Membri Parlamentari tiegħu. Huwa kompla jsaqsi f’każ li dan ġara għal-liema raġuni ingħataw aċċess u kemm il-darba saret.