Azzopardi jitlob lill-Gvern jinforza liġi ta’ żmien il-gwerra

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jitlob lill-Gvern jinforza liġi ta’ żmien il-gwerra biex jikkontrolla l-prezzijiet tal-ikel.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi talab lill-Gvern biex jinforza liġi ta’ żmien il-gwerra biex jikkontrolla l-prezzijiet tal-ikel. Meta kien qed jitkellem fil-Parlament, Azzopardi qal li mindu faqqgħet l-imxija tal-Covid-19 splodew il-prezzijiet tal-ikel. Huwa qal li l-Gvern jista’ jikkontrolla l-prezzijiet billi jerġa’ jinforza liġi li daħħlet fis-seħħ ligi tal-1947, sentejn wara l-gwerra, biex jikkontrolla l-prezzijiet.

Huwa qal li peress li din il-liġi għadha teżisti, il-Ministru għall-Ekonomija jista’ jagħmel regoli biex ikun hemm ċertu kontrolli ta’ prezzijiet ta’ prodotti. Il-Ministru saħaq li l-Ministru, jekk għandu kuxjenza soċjali, għandu jeżerċita dan il-poter. Huwa qal li fi Franza, il-Gvern ħareġ ordni simili biex jikkontrolla l-prezzijiet tal-hand sanitisers.

Meta tkellem dwar is-settur tas-Saħħa, hu kkompara lill-Stewards bħal każ tal-Price Club fejn qal li skont ir-rapport finanzjarju tal-2017, Steward kellhom €6 miljun arretrati ta’ VAT, net liabilities ta’ €27.5 miljun, telf ta’ €18-il miljun u kellha tagħti €43 miljun lill-kredituri. Huwa qal li issa biex il-Gvern jerġa’ jieħu l-isptarijet f’idejn irid iħallas penali ta’ €100 miljun skont ftehim iffirmat mill-eks ministru Konrad Mizzi.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn