Azzjonijiet mill-MUT u l-UMASA jekk ma jiġux inklużi

Il-Union tal-Għalliema (MUT) u l-Assoċjazzjoni tal-Istaff Akkademiku fl-Università ta’ Malta (UMASA) se jerġgħu jirrikorru għal azzjoni industrijali u jimponu d-direttivi, jekk ma jiġux inklużi fin-negozjati dwar il-Ftehim Kollettiv tal-impjegati fl-università.
Fi stqarrija, l-MUT u l-UMASA qalu li infurmaw lir-rettur tal-Università ta’ Malta li bħala unjins li jirrappreżentaw l-istaff akkademiku tal-università, għandhom ikunu parti min-negozjati,
L-MUT u l-UMASA sostnew li ma jirrikonoxxux dak li qalet l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) li fl-Iskola Medika hija biss rikonoxxuta.
Saħqu li l-MAM kellha biżżejjed ħin biex tiddiksuti mal-unjins rappreżentattivi dwar it-tħassib tagħha fuq il-ftehim kollettiv u li qatt ma mmaterjalizza.
F’ittra lir-Rettur tal-Università, l-MUT u l-UMASA qalu li mhux se jittolleraw sitwazzjonijiet fejn in-negozjati jiġu kkontrollati mill-MAM jew xi assoċjazzjoni oħra.
Sadanittant, il-MAM qalet li tinsab lesta li tieħu azzjonijiet industrijali fis-settur tas-saħħa minħabba r-reviżjoni tal-ftehim kollettiv bejn il-Gvern u l-lekċerers fl-Università ta’ Malta.