Azzjonijiet industrijali fl-Università u l-Junior College

L-MUT u l-UMASA sostnew li l-proposti li rċevew għall-ftehim kollettiv il-ġdid mhumiex aċċettabbli għaliex huma inqas minn dak mistenni u inqas miż-żieda li ngħatat lil entitajiet pubbliċi oħra. Għalhekk iż-żewġ unjins ordnaw azzjonijiet industrijali fl-Università ta’ Malta u l-Junior College.
Il-Gvern mistenni li jressaq pakkett rivedut nhar il-Erbgħa 9 ta’ Lulju.
 
Reazzjoni KSU
Dwar dawn l-azzjonijiet industrijali, l-KSU qal li issa l-għalliema mhux se joħorġu r-riżultati tal-eżamijiet.
Dan meta l-Kunsill ingħata garanzija mill-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo li kien se jintlaħaq ftehim maż-żewġ unjins.
Il-KSU qed isostni li f’din il-kwistjoni m’għandhomx ibagħtu l-istudenti billi jittapnu d-drittijiet.
Dan għaliex jekk ma jiġux ippubblikati r-riżultati tal-eżamijiet se jiġu affettwati l-istudenti, speċjalment dawk li ma jkunux għaddew, dawk li jridu jkomplu jistudjaw barra minn Malta u dawk li jridu jipparteċipaw fl-Erasmus+.