Azzjoni industrijali mill-Paramedic Aides min-nhar it-Tnejn

L-Unjin Ħaddiema Magħqudin qed issejjaħ azzjoni industrijali għall-Paramedic Aides min-nhar it-Tnejn li ġej. Dan minħabba li ma ġiex onorat il-ftehim li sar bejn it-Taqsima tas-Saħħa tal-UĦM u l-Ministeru tal-Enerġija u s-Saħħa.
Il-ftehim kien jinkludi li l-impjegati jistgħu jżommu l-leave għas-sena ta’ wara għax ma setgħux jeħduh minħabba x-xogħol.  
Barra minn hekk, il-UĦM ilha għal dawn l-aħħar xhur tiddiskuti mal-Maniġment biex il-pagi ta’ dawn il-ħaddiema jirriflettu l-kwalifiki u r-responsabiltajiet tagħhom.
Ipproponiet ukoll inċentivi biex l-impjegati jżidu l-ħiliet tagħhom.
Madanakollu s’issa l-maniġment għadu ma sejjaħx laqgħa oħra biex jiddiskuti u jimplimenta dawn il-bżonnijiet.