Azzjoni f’waqtha fil-Freeport tevita sfreġju fil-baħar

Kelliem għal Malta Freeport Terimals qal tixrid ta’ materjal ħareġ minn kontejner u spiċċa fil-baħar.

Fi stqarrija, l-Freeport Terminal qal li l-inċident seħħ meta kontainjer kien qed jitgħabba fuq il-vapur Louisa Schultes u ħabbat ma’ strutturi li jżommu l-kontejners flimkien, bil-konsegwenza li ħareġ lastu sintetiku forma ta’ likwidu.

Azzjoni f’waqtha min-naħa tal-Freeport wasslet biex il-materjal ma jibqax jinxtered hekk kif tpoġġa ġo trejler apposta waqt li bdiet opreazzjoni ta’ tindif.

Il-Freeport qalet li madanakollu waqt ix-xita tal-bieraħ, waħda minn dawn il-kontenituri intlemħet miftuħa bil-konsegwenza li l-likwidu beda jinxtered fil-baħar.

Il-kumpanija qalet li ħadet azzjoni mmedjata biex tiġbor il-materjal permezz ta’ vapur għall-materjal perikoluż. Il-Freeport caħad li l-materjal wasal sal-bajja ta’ Birżebbuġa u qalet li l-kunsill lokali u l-Protezzjoni Civil ġew infurmati bil-każ.