Ayew jikseb punt għal Palace u jitkeċċa Aubameyang ta’ Arsenal

Jordan Ayew skurja l-gowl tad-draw għal Crystal Palace biex b’hekk akkwistaw punt mil-logħba kontra Arsenal. Kien Pierre-Ermerick Aubameyang li skurja l-gowl għal Arsenal. Il-VAR ordnat li jitkeċċa Aubameyang wara li kkommetta foul aħrax.

Il-captain Aubameyang poġġa lil Arsenal fuq quddiem grazzi għall-isforz li għamel it-tim kollu waqt li kienu qed jikkontrollaw il-logħba. Iżda Ayew skurja l-gowl għal Palace ftit wara li bdiet it-tieni taqsima.

Aubameyang spiċċa tkeċċa wara li għamel tackle fuq Mac Meyer. Il-VAR biddlet id-deċiżjoni li ħa r-referee u minn karta safra, tagħtu karta ħamra.

Il-maniġer ta’ Aresenal Arteta – li kien għadu lanqas biss twieled meta l-maniġer ta’ Palace Roy Hodgson beda l-karriera tiegħu ta’ maniġer – għadu bla rebħa barra minn daru fil-logħob tal-league. Hu ħa f’idejh it-tim fl-20 ta’ Diċembru li għadda.