AX The Palace tappoġġja l-kreattività

AX The Palace f’Mejju li għadda appoġġjat l-Artisans Innovating Fashion Conference li saret din is-sena miċ-Chamber of Fashion Malta Foundation. Din tal-aħħar hija organizzazzjoni volontarja li taħdem biex tappoġġja f’Malta lid-disinjaturi tal-moda u tat-tessuti, lill-istudenti, lill-għalliema u lil dawk li jaħdmu fl-artiġjanat fil-komunità tal-moda.

L-għan tal-konferenza kien li tinkoraġġixxi lill-artiġġjani biex jiddisinjaw prodotti magħmula bl-idejn biex jappellaw għax-xerrejja globali. Din il-laqgħa tal-komunità tal-artiġjanat saħħet il-kollaborazzjoni fost dawn in-nies kreattivi. Tliet kelliema barranin għamlu diskorsi ta’ ispirazzjoni dwar dak li qed iseħħ f’pajjiżi differenti biex jgħinu l-krafts tradizzjonali.

AX The Palace hi minn ta’ quddiem nett li tinkoraġġixxi dawn l-avvenimenti organizzati minn The Chamber of Fashion għax dawn huma ta’ benefiċċju għall-komunità u ta’ edukazzjoni u kultura fil-moda. Għal dan il-għan AX nhar l-Erbgħa 8 ta’ Mejju organizzat riċeviment għall-kelliema viżitaturi mistednin fil-Lounge 320, li hija l-lounge ta’ fuq il-bejt fl-AX The Palace.

Kevin Callus, il-Maniġer Ġeneral ta’ AX The Palace ikkummenta li, “llum meta tappoġġja l-kreattività jfisser li qed tifhem u tgħin biex itir ix-xrar li joħloq l-ideat. Xi drabi aħna naraw biss il-prodott finali u nonqsu milli naraw aktar fil-fond tal-istorja biex insiru nafu kif ħarġu l-innovitajiet. Bla dubju m’għandniex innaqqsu mill-valur tal-bżonn biex ninvestu fil-ħin u l-flus biex nassiguraw l-artisti l-kbar tal-futur. AX The Palace huma kburin li qed jappoġġjaw dawn it-tip ta’ inizjattivi.”