AX Hotels tappoġġja l-kampanji t’għarfien dwar il-kanċer tas-sider

AX Hotels, il-Grupp li jiġbor il-lukanda Palace, il-lukanda Victoria, is-Seashells Resort Suncrest u s-Sunny Coast Resort and Spa, ta l-appoġġ tiegħu fl-attivitajiet ta’ Pink October biex titqajjem iżjed kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider.
Il-Grupp AX qal li jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi li jsiru kontinwament biex jixtered l-għarfien u t-tagħlim fost it-tfajliet u n-nies minn età bikrija sabiex titnaqqas l-istigma tal-kanċer tas-sider u permezz ta’ kampanji edukattivi jiżdied l-għarfien tas-sintomi u t-trattamenti li jeżistu.
Claire Xuereb, Direttur tal-Ospitalità fi ħdan il-Grupp, qalet li “l-appoġġ kbir li qed jingħata fil-ġlieda kontra l-kanċer tas-sider huwa ta’ kuraġġ kbir. Aħna ta’ AX Hotels irridu nkomplu nagħtu sehmna biex tixtered iżjed informazzjoni fost in-nisa”.