Awtur jaqsam riflessjonijiet dwar il-ħajja fi ktieb ġdid

Pubblikazzjonijiet Dumnikani għadha kemm ħarġet ktieb ġdid, bl-isem “Mill-Moħħ għall-Fomm”, miktub minn Patri Lawrence E Attard O.P.
Il-ktieb fih 321 paġna, u jiġbor artikli, taħdidiet, studji, konferenzi u riċerki li saru matul l-attività akkademika tal-awtur.
Fi kliem l-awtur stess, il-ktieb hu ġabra ta’ dak li interessah matul il-ħajja akkademika tiegħu li jixtieq jaqsam ma’ min hu interessat fl-iżvilupp intellettwali ta’ min jixtieq iwessa’ l-ideat tiegħu.
Għandu b’qoxra iebsa u jinbiegħ minn diversi ħwienet f’Malta u f’Għawdex, inkella permezz tal-internet fuq www.opmalta.org.
Il-pubblikazzjoni hi parti miċ-ċelebrazzjonijiet tad-Dumnikani Maltin matul din is-sena fl-okkażjoni tat-800 sena tal-ordni.