Awtur Franċiż jirbaħ il-Premju Nobel

L-awtur storiku Franċiż Patrick Modiano rebaħ il-Premju Nobel għal-letteratura 2014.
L-Akkademja tan-Nobel iddiskriva lin-novellist, li x-xogħol tiegħu jagħmel enfasi partikolari fuq l-okkupazzjoni tan-Nazisti fi Franza, bħala “Marcel Proust ta’ żmienna.”
Il-premju għandu valur ta’ iktar minn €878,700. Rebbieħa tal-passati jinkludu ġganti tal-letteraturà bħalma huma Rudyard Kipling, Toni Morrison u Ernest Hemingway.