​“Awtoritajiet indipendenti f’każijiet ta’ whistleblowers” – Zammit Dimech

L-MEP Nazzjonalista Francis Zammit Dimech qal li l-awtoritajiet li jieħdu ħsieb il-każijiet tal-whistleblowers għandhom ikunu indipendenti.
Huwa qal dan waqt dibatittu mal-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Vera Jourova, li dalwaqt mistennija żżur Malta.
Zammit Dimech qal li l-Parlament Ewropew diġà għamel il-parti tiegħu, u issa jmiss lill-Kummissjoni Ewropea.
Il-Kummissarju Jorova wieġbet li ż-żjara tagħha f’Malta se tkopri l-ħasil ta’ flus u se ssaqsi x’miżuri konkreti qed jittieħdu mil-awtoritajiet Maltin anke fil-każ tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Hija mistennija żżur Malta qabel Ġunju li ġej.