Awtorità ma tfissirx tikkmanda imma li tkun koerenti u tagħti xhieda

Il-Papa Franġisku waqt iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa f'Santa Marta

F’dawn il-jiem f’Omelija li għamel f’quddiesa f’Santa Marta il-Papa Franġisku tkellem dwar il-ħsara li jagħmlu insara li ma jkunux koerenti u Rgħajja skiżofreniċi li bl-imġieba tagħhom ma jagħtux xhieda u allura jkunu qed jitbiegħdu mill-mod kif il-Mulej irid li jsiru l-affarijiet.

Il-Papa bbaża l-Omelija fuq il-qari tal-ġurnata, meħud mill-Evanġelju ta’ San Mark fejn insibu li “Ġesù għallem bħala wieħed li kellu l-awtorità”. L-Evanġelista, waqt li Ġesù kien qed jippriedka fis-sinagoga iffoka fuq ir-reazjoni ta’ dawk li kienu qed jisimgħuh jaġixxi “b’awtorità” kontra dak li jagħmlu l-iskribi.

Il-Papa spjega d-differenza li hemm bejn li “ikollox l-awtorità” jew  “l-awtorità interna”. Li kellu Ġesù jew l-awtorità tal-Iskribi li jeżerċitawha bla ma għandhom. Għalkemm kienu esperti fit-tagħlim tal-liġi u n-nies kienu jisimgħuhom, ma kienux kredibbli.

L-awtorità ta’ Ġesù

Papa Franġisku qal li l-awtorità tal-Mulej hi dik li biha Hu għallem, fejjaq u sema’ lin-nies. Dan il-mod jiġi minn ġewwa u juri l-konsistenza bejn it-tagħlim u l-azzjonijiet Tiegħu. Hi din il-konsistenza, insista l-Papa, din ix-xhieda li lill-bniedem tagħtih awtorità. L-awtorità tidher mill-koerenza u t-testimonjanza li wieħed jagħti.

Rgħajja ipokriti

Għall-kuntrarju, l-iskribi ma kienux konsistenti u għalhekk Ġesù wissa’ lin-nies “għamlu dak li jgħidu iżda mhux dak li jagħmlu”. Skont il-Papa, Ġesù ma tilifx opportunità biex iwiddeb lill-iskribi għax “bl-attitudni tagħhom” waqgħu fi skiżofrenija pastorali, jgħidu ħaġa u jagħmlu oħra. Kulant fl-Evanġelju nsibu li Ġesù lill-iskribi ma jweġibhomx imma jpoġġihom f’rokna.

Il-Papa qal li l-kelma li Ġesù juża’ biex jiddeskrivi l-inkonsisenza u l-iskiżofrenija hi: “ipokresija”. Diversi drabi, fl-Evanġelju ta’ San Mattew, Ġesù isejjaħ lill-iskribi u l-fariżej “ipokriti”. Il-Papa qal li l-iprokresija hi l-mod kif jaġixxu dawk li huma responsabbli min-nies, dawk li għandhom responsabbiltà pasorali iżda m’humiex konsistenti. Dawn m’għandhom awtorità, imma l-poplu t’Alla hu twajjeb u jittollera ħafna Ragħajja ipokriti u skiżofreniċi li jgħidu ħaġa u ma jagħmlhiex huma nfushom.

Skandlu

Fl-Omelija tiegħu l-papa spjega li l-poplu t’Alla li hu tolleranti ħafna, jagħraf il-qawwa tal-grazzja. Dan jidher mill-ewwel ktieb ta’ Samwel, fejn il-Qassis il-Kbir – Eli – “tilef kull awtorità u fadallu biss il-grazzja. B’dik il-grazzja hu għamel il-miraklu ma’ Anna li mkissra min-niket kienet qed titlob biex issir omm.

F’ridlessjoni fuq dan l-episodju, il-Papa Franġisku qal li l-Poplu t’Alla kapaċi jiddistingwi bejn l-awtorità ta’ persuna u l-grazzja. Jistgħu jagħmlu konfessur skont il-qalb ta’ Alla. “Dan hu l-għerf tan-nies tagħna li ħafna drabi jittolleraw ragħjja li bħall-iskribi ma jkunux koerenti, kif hemm ukoll insara li jmorru Quddies il-Ħadd u mbagħad jgħixu bħall-pagani”, qal il-Papa.

In-nies kapaċi jagħrfu imġieba skandaluża u mhux koerenti. Insara inkoerenti li ma jagħtu xhieda u rgħajja inkoerenti u skiżofreniċi li ma jagħtux xhieda u jagħmlu ħafna ħsara, żied il-Papa Franġisku.

Għalhekk huwa talab biex dawk mgħammda jkollhom l’ “awtorita” li ma tikkonsistix li tikkmanda u tara li tinstama’ imma filli tkun konsistenti u tagħti xhieda u għalhekk inkunu nistgħu nimxu fit-triq tal-Mulej.