​Awtopsja fuq raġel li nstab mejjet fix-Xagħra

Mistennija ssir awtopsja fuq raġel li nstab mejjet f’residenza fil-limiti tax-Xagħra.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-Pulizija ġiet infurmata nhar it-Tnejn li għadda fl-10.30am.
Ir-raġel, li hu barrani, kien jgħix fiż-żona magħrufa Tal-Kaċċaturi.
Għalkemm qed jitqies li din kienet mewta naturali, il-Pulizija xorta għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet. 
Il-Pulizija ma kinitx f'pożizzjoni li tikkonferma l-età u n-nazzjonalità tar-raġel.