Awstraljana tintilef f’foresta għal 17-il ġurnata

Mara Awstraljana nstagħbet 17-il ġurnata wara li ntilfet f’foresta fit-Tramuntana ta’ Queensland mingħajr ikel.
Midja Awstraljana rrappurtat li Shannon Leah Fraser ħarġet minn ġol-foresta lbieraħ filgħodu.
Il-mara, li għandha 30 sena, marret f’post tal-għawn ma’ żewġt irġiel, fosthom mal-għarus tagħha, meta sparixxiet fil-21 ta’ Settembru.
Issa qiegħda tiġi rikoverata fi sptar u qed tiġi trattata għal qatgħet infettati u ħruq tax-xemx.
Il-Pulizija ta’ Queensland qalet li dawk li kienu magħhom avżaw lill-awtoritajiet meta hi infirdet minn magħhom imbagħad ma marritx ħdejn il-karozza tagħhom.
L-għejba tal-mara wasslet għal operazzjoni ta’ tfittxija li kienet tinvolvi 25 uffiċjali mid-dipartiment tal-pulizija u mis-servizzi tal-emerġenza tal-istat.