Awstralja: prova jtella’ l-bomba fuq l-ajruplan billi dendilha ma’ ħuh

Wieħed mis-suspettati li ġew arrestati fl-Awstralja nhar il-Sibt li għadda pprova jtella’ bomba fuq l-ajruplan billi dendilha ma’ ħuh li ma kien jaf b’xejn.
Il-Pulizija Awstraljana qed tgħid li dan kien wieħed minn żewġ pjani li rnexxielha tikxef u twaqqaf.
Bosta persuni ġew arrestati fl-inħawi ta’ Sydney nhar is-Sibt li għadda, ħin lokali, li allegatament ġew megħjuna mill-Istat Iżlamiku biex iwettqu dawn l-atroċitajiet.
Minbarra dan il-pjan li jiġi splodut ajruplan, il-pjan l-ieħor kien li jintefa’ gass tossiku fi spazju pubbliku fil-magħluq.
Il-Pulizija serrħet ras in-nies li dawn il-pjanijiet ixxejnu għalkollox minnha.
Il-Kummissarju tal-Pulizija Federali Awstraljana rrimarka li dawn kienu wħud mill-aktar pjanijiet sofistikati ppjanati fuq l-art Awstraljana, b’żewġ persuni li qed jinżammu arrestati jirnexxilhom ifasslu jaħbu splussiv ta’ inġinerija tant għoli li jista’ jitqabbel ma’ dak tal-militar.
Il-pjan kien li jekk ifalli tal-ajruplan, iduru għall-gass tossiku.
Jekk l-akkużati jinstabu ħatja, hemm għomor il-ħabs jistenniehom.