Awstralja: Jirrealizza li kien Membru Parlamentari illegalment

Senatur Awstraljan irriżenja wara li rrealizza li kellu ċittadinanza dopja.
Scott Ludlam li hu d-Deputat Mexxej tal-partit minuri tal-Ħodor fl-Awstralja qal li l-ġimgħa l-oħra sar jaf li għandu wkoll ċittadinanza ta’ New Zealand.
Skont il-kostituzzjoni Awstraljana persuna ma tistax toħroġ għall-elezzjoni jekk ikollha aktar minn ċittadinanza waħda.
Dan ifisser li l-karriera politika ta’ Ludlam fil-Parlament Awstraljan tul dawn l-aħħar disa’ snin kienet illegali.
Ludlam qal li xorta ħa jikkontesta l-pożizzjoni tiegħu fil-Qorti Awstraljana filwaqt li skuża ruħu għal dak li rrefera għalih bħala żball ġenwin.