Awstralja: In-nar ibatti, jiddomina d-duħħan

Reuters

Uffiċjali Awstraljani ħadu vantaġġ mit-temp aħjar tal-lum it-Tnejn biex jerġgħu jiftħu t-toroq li kienu mblukkati bin-nirien, u biex iċaqalqu lil xi nies għal żoni iżjed siguri. Dan minkejja d-duħħan oħxon iswed u mijiet ta’ nies li għadhom ‘il bogħod minn djarhom.

In-nirien irrovinaw iżjed minn tmien miljun ettaru ta’ art, kważi daqs l-Awstrija kollha. 25 persuna tilfu ħajjithom, eluf ta’ binjiet iġġarrfu u xi villaġġi qegħdin bla elettriku u konnessjoni tal-mowbajls.

Il-Pulizija llum ikkonfermat il-mewt ta’ raġel ta’ 71 sena minn New South Wales li kien irrappurtat nieqes fil-31 ta’ Diċembru. Kważi 4,000 mogħża u nagħġa inqatlu fin-nirien.

Minħabba l-ħafna duħħan li qed jiddomina fl-Awstralja llum, The National Gallery of Australia, fejn hemm pitturi ta’ valur kbir, għalqet il-bibien tagħha sabiex tipproteġi x-xogħlijiet esebiti fl-esebizzjoni ta’ Matisse u Picasso, uħud minnhom missellfa minn mużew f’Pariġi.