Awguri Vinny!

Il-mużiċist Vinny Vella Jr illum qed jiċċelebra għeluq sninu. Twieled nhar is-27 ta’ Lulju tal-1959. Illum jagħlaq 61 sena. Missieru hu l-maestro Vinny Vella Sr.

il-pjanu meta kellu biss sitt sninImwieled fil-Belt Valletta f’familja ta’ mużiċisti, Vinny beda jitħarreġ fil-pjanu meta kellu biss sitt snin. Tħarreġ taħt Biċe Vassallo u l-Professur Charles Camilleri.

Fl-1966 Vinny ħa sehem fiż-Zecchino d’Oro u rrekordja l-kanzunetta tiegħu mal-orkestra tar-RAI.

Ta’ 16-il sena beda jdoqq mal-orkestra ta’ missieru. Daqq ukoll ma’ Sonny Monte, Oscar Lucas, Sammy Murgo, George Curmi “il-Pusè” u Val Valente.

Huwa kien idoqq b’mod regolari waqt il-programm Sellili ta’ Claudette Pace, u anki kien parti mill-band waqt il-programm Min Imissu?!

Vinny daqq f’wirjiet f’Londra, ikl-Greċja, Tripli, l-Awstralja u l-Afrika.

Nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu.